Jinqabdu 180 flixkun alkoħoliku bil-kuntrabandu

Kienu fuq vettura ġejja  minn Sqallija

Il-bieraħ fil-għaxija membri tat-Taqsima tal-Infurzar tad-Dwana għamlu qabda ta’ xorb alkoħoliku li kien intenzjonat li jiddaħħal f’Malta bil-kuntrabandu. Din il-qabda rriżultat wara tfittxija li saret fuq vettura suspettuża li waslet Malta minn Sqallija.
 
Irriżulta li l-vettura, li għandha pjanċi ta’ reġistrazzjoni Maltija, kienet qiegħda ġġorr 185 flixkun xorb alkoħoliku. Ix-xorb u l-vettura ġew miżmuma mid-Dwana għal aktar investigazzjoni.

Din kienet it-tieni operazzjoni fi ftit jiem li fihom id-Dwana kienet involuta u li waslu għal suċċess wara li ftit jiem ilu, f’operazzjoni li d-Dwana kkonduċiet mal-Pulizija, inqabad persuna ta’ nazzjonalita’ Niġerjana bi kważi kilo ħaxixa.

More in Kronaka