Krejn jolqot l-apramorta ta’ binja fin-Nadur, Għawdex

Inċident li seta’ kellu konsegwenzi gravi kieku seħħ 24 siegħa qabel

Triq Diċembru 13, Nadur Għawdex. Ritratt David Camilleri
Triq Diċembru 13, Nadur Għawdex. Ritratt David Camilleri
Ritratt David Camilleri
Ritratt David Camilleri
Ritratt David Camilleri
Ritratt David Camilleri
Ritratt David Camilleri
Ritratt David Camilleri
Ritratt David Camilleri
Ritratt David Camilleri
Ritratt David Camilleri
Ritratt David Camilleri

Ħaddiema li kienu qed jagħmlu xi xogħol fuq binja li tinsab fi stadju ta’ rikostruzzjoni fin-Nadur, Għawdex, ħelsuha mingħajr ebda ġrieħi meta dalgħodu ftit qabel l-10.00 a.m. krejn li x’aktarx kien qed itella’ xi ġebel jew materjal ieħor, laqat parti minn apramorta ta’ bejt b’konsegwenza li xi ġebel ċedew u waqgħu fuq trakk u laqtu wkoll xi karozzi oħrajn. Ġebel ieħor spiċċa mifrux mat-triq. Li kieku dan l-inċident seħħ 24 siegħa qabel, kieku l-konsegwenzi kienu jkunu aktar gravi.

L-inċident seħħ fi Triq Diċembru 13, li tinsab qrib il-Knisja u fejn nhar ta’ Erbgħa jarma l-Monti. Huwa għalhekk li kieku dan seħħ ilbieraħ seta’ weġġa’ xi ħadd peress li dak il-ħin minn din it-triq jgħaddu ħafna nies fosthom ommijiet bit-trabi u tfal żgħar.

Sorsi minn Għawdex qalu lil illum.com.mt li l-binja qiegħda tiġi konvertita f’Boutique Hotel. Minħabba li dan huwa bini antic, is-sid kellu jħalli l-istess faċċata u l-kumplament se jkun kollu ġdid.

Il-ħoss kbir li għamel il-ġebel li ċeda ħasad lil diversi persuni li kienu fi djarhom kif ukoll oħrajn li kienu fi ħwienet li hemm fil-qrib.

Peress li l-ġebel li ċeda laqat wajers tal-elettriku, issejħu l-ħaddiema mill-Korporazzjoni Enemalta li skonnettjaw il-kurrent biex ikun evitat kull periklu. 

B’dan il-każ ġew informati l-uffiċjali tal-Awtoritá tas-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol filwaqt li l-Pulizija tad-Distrett ħejjew ir-rapport dwar dan l-inċident.

 

More in Kronaka