Wieħed minn dawk maqbuda fil-Kafe' ta Sydney kien Malti

Il-Maltese Community Council of NSW ghan-nom tal-komunita’ Maltija poggew  fjuri f'Martin Place

Il-Maltese Community Council of NSW ghan-nom tal-komunita’ Maltija, permezz tal-Vici President, Emanuel Camilleri u martu Theresa poggew wkoll fjuri bhala rturija ta’ solidarjeta mal-vittmi
Il-Maltese Community Council of NSW ghan-nom tal-komunita’ Maltija, permezz tal-Vici President, Emanuel Camilleri u martu Theresa poggew wkoll fjuri bhala rturija ta’ solidarjeta mal-vittmi

Paolo Vassallo Malti li jgħix f'Sydney, miżżewweġ bi tliet itfal li jaħdem bħala supervisor fil-cafe' Lindt kien wieħed maqbud fost l-ostaġġi, iżda dan irnexxielu jaħrab qabel l-isparatura flimkien mat-tnejn l-oħra. Hu ġie meħud l-isptar għall-osservazzjoni minħabba l-kundizzjoni medika tiegħu.

Sadattant, Martin Place fil-qalba tal-belt ta’ Sydney fejn seħħ l-assedju fil-Lindt Café sar xmara ta’ fjuri fejn il-poplu wieġeb b’qima għaż-żewġ vittmi li sfaw maqtula minn aggressur li wkoll safa mejjet wara 16-il siegha li żammet lill-Awstralja fuq ix-xwiek.  Il-poplu ta’ Sydney, ta’ kull fehma ta’ kull kulur u reliġjon ħonoqha b’bukketti tal-fjuri madwar din il-pjazza.

Il-Maltese Community Council of NSW għan-nom tal-komunita’ Maltija, permezz tal-Viċi President, Emanuel Camilleri u martu Theresa poġġew wkoll fjuri bhala turija ta’ solidarjeta mal-vittmi
 

More in Kronaka