Għall-ħabta tas-1.00 p.m. il-Pulizija ġew informati li fil-parkeġġ fiċ-Ċirkewwa kien hemm raġel suspettuż li kien qed jisraq minn karozzi, fosthom ta’ xi bugħaddasa. Il-Pulizija qed iżżomm raġel biex jgħinha fl-investigazzjonijiet dwar dan l-allegat serq.
Persuni li kienu fl-inħawi qalulna li l-intervent tal-Pulizija mill-Iskwadra tar-Rapid Intervention Unit kien immedjat tant li r-raġel ġie arrestat u ttieħed mill-istess Pulizija.
L-istess sorsi qalulna wkoll li l-Pulizija dehru jagħmlu tifttxija f’karozza, x’aktarx Pajero u li jidher li kien qed jagħmel użu minnha s-suspettat. Mhux magħruf jekk ir-raġel leħaqx seraq mill-karozzi li deher idur magħhom.
Ir-raġel baqa’ jinżamm mill-Pulizija għal aktar stħarriġ.