Tinstab bomba ta’ żmien il-gwerra fil-Power Station tal-Marsa

L-operazzjoni biex titneħħa tkompli għada filgħodu

Membri tas-sigurtá tal-Korporazzjoni Enemalta jagħlqu l-aċċess għall-post fejn instabet il-bomba. Ritratt Ray Attard
Membri tas-sigurtá tal-Korporazzjoni Enemalta jagħlqu l-aċċess għall-post fejn instabet il-bomba. Ritratt Ray Attard
Pulizija mill-Iskwadra tal-RIU fuq il-post fejn instabet il-bomba.  Ritratt Ray Attard
Pulizija mill-Iskwadra tal-RIU fuq il-post fejn instabet il-bomba. Ritratt Ray Attard
 Ritratt Ray Attard
Ritratt Ray Attard

Bomba ta’ 50 kilo li ntefgħet minn ajruplan Ġermaniż waqt it-Tieni Gwerra Dinija, instabgħet illum għall-ħabta tal-4.15 p.m. fejn qed isir ix-xogħol biex titwaqqa’ l-Power Station tal-Marsa.

Huwa mifhum li l-bomba indunaw biha l-ħaddiema stess meta kien qed isir xi tħammil u din ittelgħet mal-gaffa. Kif raw il-bomba, ix-xogħol twaqqaf u ssejħu l-Pulizija. Fuq il-post marru dawk tad-Distrett u mill-Iskwadra tar-Rapid Intervention Unit li evakwaw lil kull min kien fil-qrib.

Aktar tard marru wkoll il-membri tal-Explosive Ordinance Disposal li eżaminaw il-bomba fejn irriżulta li hija Ġermaniża u li l-fuse għadu magħha. Peress li kien qed jidlam, is-suldati ma komplewx jieħdu riskju u għalhekk ittieħdet id-deċiżjoni li titħalla fil-post għal matul illejl taħt għassa stretta.

Għada filgħodu s-suldati se jerġgħu jmorru fuq il-post biex ineħħu kull periklu u wara mistennija li l-bomba tinġarr minn taħt sigurtá stretta u minn hemm mistennija tintrema f’żona speċifika fil-baħar.

 

 

 

 

More in Kronaka