Raġel ta’ 31 sena minn Ħaż-Żebbuġ iddaħħal l-Isptar Mater Dei isofri minn ġrieħi gravi wara li ntlaqat minn karozza meta kien qed jaqsam it-triq f’Ħaż-Żebbuġ stess.
L-inċident seħħ kmieni dalgħodu ftit wara s-6.00 a.m. fi Triq l-Imdina meta r-raġel kien se jaqsam it-triq meta ntlaqat bin-naħa tax-xellug ta’ karozza Toyota Corrolla misjuqa minn mara ta’ 48 sena minn Ħaż-Żebbuġ ukoll li kienet sejra fid-direzzjoni ta’ Ħal Qormi. Mad-daqqa r-raġel ħabat rasu mal-windscreen kif ukoll mat-tarmak.
Fuq il-post marru l-Pulizija mill-Iskwadra tal-RIU kif ukoll tad-Distrett. Ftit tal-ħin wara marret ambulanza b’infermiera li ħadet lill-vittma l-Isptar Mater Dei fejn instab li qed isofri minn ġrieħi gravi iżda mhux fil-periklu tal-mewt.