Aġġornament 2
Minn informazzjoni li waslet lil dan is-sit jirriżulta li l-Pulizija kienu informati li fir-raba’ sular ta’ blokk appartamenti magħrufin bħala tal-Big Ben kien hemm xi nirien. Fuq il-post marru l-Pulizija tal-RIU u kif dawn kienu telgħin bit-taraġ u waslu fit-tieni sular, seħħet splużjoni x’aktarx ta’ ċilindru tal-gass.
Mal-isplużjoni diversi twieqi tal-ħġieġ inkissru fejn anke fit-triq tar il-ħġieg.
Madwar siegħa wara li bdew in-nirien, dawn issa jidher li huma kkontrollati. Bħalissa l-membri tal-Protezzjoni Ċivili daħlu fl-appartament biex ikomplu jikkontrollaw in-nirien fuq ġewwa.
L-inħawi bħalissa jinsabu mingħajr il-provista tal-elettriku minħabba dawn in-nrien.
Iktar kmieni...
Madwar 20 minuta ilu fl-inħawi ta' Dawret il-Qawra, għall-ħabta tal-5.30 p.m., instemgħet splużjoni li heżżet l-inħawi tal-Qawra u San Pawl il-Baħar. Mal-isplużjoni dehru nirien kbar. Bħalissa fil-Qawra hemm numru ta' vetturi tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili bil-pumpieri jissieltu n-nirien.
L-ewwel informazzjoni li waslitlina tgħid li hemm żewġ appartamenti maħkumin min-nirien iżda jidher li ħadd ma weġġa'. Fuq il-post hemm il-Pulizija tad-Distrett u dawk tal-RIU li qegħdin iżommu n-nies milli jersqu viċin.
Aktar dettalji u ritratti kif jidħlulna.