Vettura li ġġor il-flus f'Hong Kong waqqgħet kaxxa li fiha kien hemm £2.9m karti ta' liri
Kien Milied sabiħ għal dawk li kienu għaddejjin meta din il-vettura waqgħatilha kaxxa mimlija liri fil-triq traffikuża fejn in-nies lanqas taw każ it-traffiku li kien għaddej u bdew jiġru qalb il-karrozzi u jiġbru flus kemm felħu minn mal-art. In-noti kienu ta' HK$500-il waħda li jiswew mal-€50.
Mill-flus li waqgħu f'aċċident stramb inġabru lura minnhom £1.6m mill-pulizija. Iżda baqa £1.2m x'jinġabru. Il-pulizija talbu lil pubbliku biex jirritornaw l-flus lura inkella jiffaċċjaw proċeduri kriminali għax ma jistgħux izommu dka li mhux tagħhom.
Kien hemm min qal li ra mara tiġbor madwar 10 pakketti ta' liri u telqet bihom.