(AĠĠORNAT - 2) Is-servizz tal-Gozo Channel beda jaħdem mill-ġdid

It-theddida ta' bomba kienet waħda falza

Theddida ta' Bomba fuq il-Gozo Channel
Theddida ta' Bomba fuq il-Gozo Channel

Sadattant il-Gozo Channel ħareġ stqarrija li s-servizz bejn malta u Għawdex u viċi versa beda jaħdem għan-normal.

---------------------------------

 

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX


Il-Ministeru għal Għawdex jikkundanna t-theddida ta’ bomba fuq il-vapuri tal-Gozo Channnel. Dan it-theddid jagħmel ħafna ħsara lill-ekonomija. Il-Ministeru jħeġġeġ li l-investigazzjonijiet għandhom jittieħdu bis-serjetà u li għandha ssir ġustizzja fuq min jinqabad.

-----------------------------------

Il-kumpanija Gozo Channel jiddispjaciha tinforma lill-klijentela taghha li kienet kostretta tissospendi I-servizzi kollha taghha minhabba theddida ta' bomba. Peress illi ma giex specifikat fuq liema vapor tali bomba allegatament tpoggiet, se jkollhom isiru spezzjonijiet fuq it-tlett vapuri tal-Gozo Channel.

 

Filwaqt li tiskuza ruhha ta kwalsijasi inkonvenjent, il-Gozo Channel tixtieq tinforma illi s-servizz jerga jigi lura ghan-normal wara li jsiru l-verifiki kollha.

-----------------------------------

Is-servizz tal-Gozo Channel bejn il-gżejjer jinsab sospiż wara li l-pulizija irċeviet telefonata li tgħid li kien hemm bomba fuq il-vapur t'Għawdex.

Peress li ma' kienx speċifikat liema vapur, kellu jieqaf is-servizz fuq il-vapuri kollha. Din il-miżura ta' sigurta wasslet biex bħalissa hemm dewmien u stennija sakem isir it-tiftix neċessarju li jiżgura li l-vapuri huma siguri minn kull periklu.

More in Kronaka