Persuna Maltija li hi mifhuma li hi Sirjana b'passaport Malti li joqgħod Ħaż-żabbar tinsab fost it-423 passiġġier li bħalissa hemm abbord il-vapur Taljan li fuqu hemm irrapurtati nirien qawwija. Il-vapur jinsab ftit il-barra mill-kosta Griega.
Fost il-passiġġieri l-oħra hemm Albaniżi, Russi, Ungeriżi, Ġermaniżi, Torok, Belġjani, Franċiżi, Sirjani u Eġizzjani.
Il-vapur kien biss 44 mil nawtiku bogħod mill-gżira ta’ Korfu meta talab għall-għajnuna wara li nirien ħakmu li stiva tal-vapur.
Intant il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin Malti jinforma li l-Awtoritajiet Maltin jinsabu f'kuntatt mal-Awtoritajiet Taljani biex jiksbu informazzjoni dwar l-inċident li fih hemm involut il-vapur Norman Atlantic, li jtajjar bandiera Taljana.
L-Awtoritajiet Maltin huma infurmati li hemm passiġġier wieħed imniżżel bħala Malti fuq il-lista tal-passiġġieri tal-vapur.
Waqt li s-sitwazzjoni għadha qed tevolvi, s'issa ma hemmx rapporti ta' mwiet.