Tfajla ilha nieqsa aktar minn 15-il ġurnata

Il-Pulizija terġa’ tappella għal informazzjoni fejn tista’ tinstab

 

Marilyn Cernigliaro, tfajla ta’ 14-il sena, ilha nieqsa aktar minn ġimgħatejn u s’issa għad m’hemmx ħjiel fejn tista’ tinstab. Għaldaqstant il-Pulizija qed terġa' tappella għall-għajnuna tal-pubbliku.

L-aħħar darba li Cernigliaro dehret kien nhar it-Tnejn, 15 ta’ Diċembru, 2014, għall-ħabta tal-10.30 a.m., f’Birkirkara. It-tfajla hija twila ħames piedi u erba’ pulzieri (1.63m), irqiqa, xagħarha twil u skur u meta dehret l-aħħar kienet liebsa hoody roża u qalziet u trainers suwed.

Kull min għandu xi informazzjoni li tista’ tkun ta’ għajnuna huwa ġentilment mitlub jgħaddiha lill-Pulizija, anke b’mod kunfidenzjali, fuq in-numri 119 jew 2122 4001 jew fl-eqreb Għassa tal-Pulizija.

 

More in Kronaka