Air Malta flight KM478 minn malta għal Pariġi intlaqat minn sajjetta waqt li kien riesaq lejn l-ajruport Charles De Gaulle. ħadd ma weġġa u l-ajruplan niżel fl-ajruport.
Kelliem għall-Air Malta qal li hu normali li ajruplan tal-avjazzjoni ċivili jintlaqat mis-sajjetti u l-ajruplani jkunu protetti għal dan. Il-passiġġieri, l-ekwipaġġ u l-ajruplan qatt ma kienu fil-periklu.
Il-kelliem qal li l-proċeduri normali huma li l-ajruplani jiġu ċċekkjati wara kull titjira. L-AirMalta se jużaw ajruplan ieħor floku filwaqt li tim ta' inġiniera telgħu Pariġi bie xjiċċekkjaw is-sistemi kollha u jiċċertfikawh li hu tajjeb għal titjira. Minħabba dan l-inċident titjiriet oħra tal-AirMalta jistgħu jiġu affetwati.