Il-pilota tal-Virgin Atlantic, David Williams ta' 47 sena hu l-eroj meta b'kapaċita kbira salva l-ħajja ta' 447 passiġġier fuq il-Virgin Atlantic li kien sejjer lejn l-Istati Uniti. Wara li tela induna li waħda mill-landing gear minn 5 tal-ajruplan Boeing 747 inħolqilha difett. Għalhekk iddeċieda li jerġa jinżel iżda mhux qabel li baqa jdur għal tliet sigħat sħaħ fuq in-naħa t'isfel tal-Ingilterra biex jarmi l-fuel kollu. Wara li kellem lil passiġġieri biex jieħdu ħsieb li jitbaxxew waqt l-inżul tal-emerġenza b'kalma u preċiżjoni kbira niżżel l-ajruplan fuq erba' roti flok 5.