L-ISIS għamlulha nassa tal-annimali ma' sidirha talli reddgħet lil binha
Mara ġiet torturata talli kienet qed tredda lit-tarbija tagħha fiċ-ċentru tal-belt
More in Kronaka
Mara ġiet torturata talli kienet qed tredda lit-tarbija tagħha fiċ-ċentru tal-belt
Mara ta' 24 sena hi l-aħħar vittma tal-grupp ġħdid tal-ISIS li huma pulizija nisa tal-istat Iżlamiku: il-brigata al-Khansa, kif inhi magħrufa il-pulizija reliġjuża iffurmata min-nisa f'Raqqa. Dawn ittorturaw lil din il-mara bi speċi ta' nassa tal-annimali kollha snien li għamlhuielha ma sidirha u bdew jgħaffġulha sidirha u dan talli reddgħet lil binha stess. Il-mara qalet li huma arrestawha waqt li kienet is-suq tixtri u tredda lil binha. Ħaduha fil-kwartieri u tawha għażla jew xeba frosta jew il-'biter' li hi ma kinitx taf x'inhi u għażlet il-'biter' għax ħasbet li hi inqas krudila mill-frosta. Iżda sabet li din kienet speċi ta' nassa tal-annimali li poġġewielha ma' sidirha u għafsuhielha kemm felħu fost it-twerżiq tat-tfajla omm. "Ħassejtni li l-femminilita tiegħi ġiet distrutta għal kollox. U ma kontx l-uniku waħda fil-kwartieri. Kien hemm nisa li ġew ridotti agħar minni."
Madwar 10ijiem ilu madwar 150 mara ġew maqtula talli rrifjutaw li jiżżewġu membri tal-ISIS f'Fallujah. Fejn il-militanti fil-ħabsijiet tagħhom qabdu madwar 2,500 mara li qed jbiegħuhom bħala skjavi sesswali u anke jagħtuhom bħala rigal lill-kapijiet tagħhom bħala skjavi tas-sess. L-ISIS għandhom miktub fil-manwal tagħhom li n-nisa maqbuda fil-battalji tagħhom qegħdin hemm għall-użu tagħhom kif iridu.