Greta Ramelli ta' 20 sena minn Varese u Vanessa Marzullo ta' 21 sena minn Bergamo, żewġ volontarji fis-Sirja ma' dawk li kienu qed isofru mill-gwerra ġew maqbuda fil-31 ta' Lulju mill-grupp ta' Al Qaeda, il-grupp Al-Nusra. Huma mhux biss ikkonfermaw li għandhom lil dawn iż-żewġ tfajliet f'idejhom iżda tefgħu video fejn waħda mit-tfajliet qed tappella lill-gvern Taljan biex jeħilsuhom sal-Milied (li issa għadda), "Ninsabu f'periklu kbir u nistgħu niġu maqtula. Il-gvern tagħna huma responsabbli għal ħajjitna." It-tfajla l-oħra ma tkellmitx iżda qagħdet iżżomm kartellun li fuqu kien hemm id-data tas-17 ta' Diċembru.
Il-membri ta' Al Nusra qalu li dawn inħatfu għax il-gvern Taljan qed jaqbel ma' dawk li qed jattakkawhom fis-Sirja. Dawk li jafuhom qalu li dawn it-tfajliet dehru li rqaqu ferm min kif kien jafhom kulħadd.