Wara li f'dawn il-jiem Malta ġiet maħkuma minn kesħa li ilha ma tinħass għall-aħħar 26 sena, jidher li t-temperatura se titla' xi ftit fi tmiem din il-ġimgħa, iżda se jitqawwa r-riħ li se jitqawwa sa forza 7 mill-Punent Majjistru.
Għada s-Sibt mistennija ġurnata xemxija b'temperatura medja ta' 16 C bi ftit riħ. Filgħaxija it-temperatura tinżel għal 13C iżda jitqawwa r-riħ mill-Majjistral fejn ikun hemm buffuri li jilħqu l-forza 7.
Il-Ħadd it-temp se jkun ftit imsaħħab bit-temperatura titla' grad aktar mis-Sibt iżda r-riħ se jkun qawwi mill-Punent Majjistru li jilħaq forza 7. Wara nofsillejl tal-Ħadd jista' jkun hemm xi ħalbiet żgħar tax-xita.
It-Tnejn ir-riħ se jonqos għal forza 5 iżda t-temperatura se terġa' tonqos xi ftit fejn filgħaxija se terġa' tinżel għal madwar 9C.
Matul il-ġimgħa t-temperatura mistennija tibqa' fuq medja ta' 12-14C u mhux mistennija maltempati.