Tifla ta' 7 snin mirakolożament ħarġet mit-tifrik ta' ajruplan żgħir li kkraxxja f'Kentucky li fih kien hemm erba' mejtin. L-erba' mejtin fl-ajruplan kienu Marty Gutzler, 49, missierha; Kimberly Gutzler, 45, ommha; Piper Gutzler, 9,oħtha; u Sierra Wilder, 14, kuġinitha u babysitter tagħha.
It-tifla ħarġet mit-tifrik u mxiet sal-ewwel dar li sabet quddiemha u lir-residenta qaltilha x'ġara li min-naħa tagħha ċemplet l-emerġenza. It-tifla dehret imħawda ħafna u konfuża iżda ma kellha l-ebda feriti.
L-awtoritajiet qalu li l-pilota kien bagħat messaġġ li kellu xi diffikultajiet fil-magna. Il-Piper PA-34 instab ħdejn lag fil-bosk fejn fih kien hemm il-katavru tal-pilota u tlieta oħra. L-ajruplan kien sejjer minn Florida għal Ilinois