Malta fis-seba' post tal-aktar petrol għoli fid-dinja

Il-ħames mill-Unjoni Ewropea

Huma biss l-Olanda, l-Italja, id-Danimarka u l-Ingilterra mill-istati membri fl-Unjoni Ewropea li jbigħu l-petrol aktar għoli milli jinbiegħ Malta. L-inqas li jinbiegħ mill-membri tal-Unjoni Ewropea hu fil-Polonja li jinbiegħ bin- .92,5 -il litru meta f'Malta jinbiegħ €1.42-il litru (wara t-tnaqqis ta' din il-ġimgħa).

Bħala diesel Malta tinsab fit-tielet post l-aktar għolja fl-Unjoni Ewropea bl-Ingilterra u l-Italja biss ogħla u l-ħames fid-dinja meta l-prezz hu ta' €1.35-il litru.

Dan il-fattur qed jiġri minħabba li l-gvern Malti qed jagħmel hedging minn qabel tal-prezzijiet u fl-istess żmien li beda dan il-hedging il-prezz taż-żejt baqa' nieżel fejn bħalissa qiegħed l-irħas prezz kull barmil $56, li hu l-inqas li qatt kien mill-2009.

Dan kollu qed iwassal biex l-Oppożizzjoni qed tikkritika lil gvern li qed iżomm l-prezzijiet tal-fuel f'Malta għal konsumatur għolja meta mqabblin mal-prezz reali taż-żejt fid-dinja u anke meta mqabblin mal-prezzijiet li qed ibiegħuhom l-istati membri l-oħra tal-Ewropa.

Dan hu s-sit li wieħed jista' jara minfejn ILLUM ħadet din l-istatistika

http://www.fuel-prices-europe.info/chart-europe.php 

More in Kronaka