Żiemel ħarab u nqatel minn karozza

Iż-żiemel beda jiġri matul diversi toroq sa ma ġie mtajjar minn mara

Madwar siegħa ilu żiemel ġie mtajjar minn karozza f'Ħ'Attard u nqatel. Il-karozza kienet Volkswagen Polo li kienet sejra lejn Ħaż-Żebbuġ misjuqa minn mara. Dan iż-żiemel sfratta, inqata' minn mas-serkin u telaq jiġri waħdu mingħajr sewwieq. Sorsi qalulna li ż-żiemel baqa' dieħel fil-karozza u miet mill-ewwel filwaqt li l-karozza ġarrbet ħsarat estensivi.


 

More in Kronaka