Jidher li l-kaxxa suspettuża li kien hemm fi Triq ir-Repubblika, li ntlemħet minn gwardjan għall-ħabta tad-9.30am, kienet biss kaxxa vojta.
Waqt li kienet qed issir l-investigazzjoni, il-ħwienet tal-madwar kellhom jingħalqu minħabba s-sigurtà. Fuq il-post issejħu l-Iskwadra mill-Forzi Armati li tieħu ħsieb każijiet ta' splussivi.
Iktar kmieni...
Fi Triq ir-Repubblika, fil-Belt Valletta, kantuniera mal-faċċata tal-Katidral, intlemħet kaxxa mgeżwra fi plastik iswed, imdawra b'tejp kannella.
Il-Pulizija għadhom kif għalqu ż-żona tal-madwar hekk kif l-iskwadra ta' kontra l-isplussiva qed tinvestiga dan il-pakkett suspettuż li tħalla biswit kaxxa tal-ittri fi Triq ir-Repubblika.
Il-Pulizija, dlonk, għalqu dik iż-żona wara li gwardjan lemaħ il-pakkett suspettuż.
Sorsi fuq il-post ikkonfermaw li l-Iskwadra ta' Kontra l-Isplussivi ġiet imsejħa fuq il-post biex tistħarreġ.