Taqta' l-10 swaba u jitwaħħlu kollha wara 13-il siegħa operazzjoni

Jekk idejquk ritratti grafiċi tiftaħx l-istorja

l-10 swaba maqtugħa qabel twaħħlu mal-id
l-10 swaba maqtugħa qabel twaħħlu mal-id

Ħaddiema Ċiniża f'fabbrika f'inċident industrijali tilfet l-10 iswaba u kirurgi Ċiniżi rnexxielhom iwaħħluhomla kollha wara operazzjoni ta' 13-il siegħa. Mhux hekk biss iżda din kollha tista' ċċaqlaqhom u tużahom kif kienu qabel qatgħethom. Qed tissejjaħ operazzjoni ta' suċċess kbir fiċ-Ċina.

Din l-operazzjoni saret minn kirurgi mill-provinċja ta' Huaihua lbieraħ, ġimgħa wara li din it-tfajla ta' 18-il sena, Wang Jin qatgħet is-swaba' tagħha. Daħlet fit-teatru tal-operazzjoni fis-1pm u l-operazzjoni ntemmet l-għada fis-2am. Il-kirurgu prinċipali f'din l-operazzjoni suċċess qal, "kull vina ta' 0.2mm kellha bżonn 6/8 punti taħt il-mikroskopju." 

More in Kronaka