Immigranti offruti cruises mit-Turkija biex jaslu fl-Ewropa

Fuq Facebook qed jiġu offruti cruises mit-Turkija għall-Italja għal prezz ta' €5,500

"Tridu tmorru l-Italja fuq vapur lussuż li joffri dak kollu neċessarju għal €5,500?"

Jidher bħala reklam għal cruise iżda dan hu l-mod ġdid kif traffikkanti umani qed jirreklamaw vjaġġi għall-Ewropa fuq is-siti soċjali għal dawk li jifilħu jħallsu aktar minn oħrajn u jridu jaħarbu minn pajjiżhom.

Dan ġie pubblikat fuq il-portal tal-MaltaToday fejn qed jingħad li organizzazzjonijiet kriminali Torok qed jagħmlu użu minn tankers u vapuri antiki biex iwasslu numru kbir ta’ immigranti lejn l-Ewropa. Dan l-aħħar assistejna wkoll għal mod kif jitwasslu billi l-membri tal-ekwipaġġ jabbandunaw l-istess vapur bl-immigranti fuqu.

Dawn it-traffikanti qed jużaw l-iskuża tal-gwerra ċivili li hemm fis-Sirja u li ilha sejra 4 snin fejn ħalliet madwar 200,000 persuna mejta, biex iħajru nies imxebba' minn din il-gwerra jieħdu ċans ieħor f’ħajja fl-Ewropa.

Dawn il-paġni fuq Facebook qed jirreklamaw dawn il-vjaġġi b’filmati u ritratti ta’ dawn il-vapuri li jagħtuk vjaġġ ta’ sitt ijiem lejn l-Italja qed jitilqu minn Mersin li hu viċin il-border tas-Sirja. Joffru wkoll skonti għal gruppi. Miktuba kollha bl-Għarbi fejn fihom hemm filmati dilettanteski li jippromwovu dokumenti, passaporti u permessi għax-xogħol. Hemm miktub, “Nipprovdulek li trid. Kulma għandek tagħmel hu li tistaqsi.”
Rapporti fil-ġurnal ‘La Repubblica’ joffri l-possibilità li jipprovdu passaporti foloz, ID Cards u anke liċenzji tas-sewqan.

Wieħed mir-reklami fuq facebook miktub bl-Għarbi jgħid hekk, “Prezz $4250 għal adulti; Minn 10 sa 14-il sena $2125; Taħt l-10 snin b’xejn. Ikel tajjeb, ilma u inwasslukom l-Italja.”

L-awtoritajiet Taljani jemmnu li t-traffikanti għamlu aktar minn €2.5 miljun minn 359 immigrant li tħallew abbandunati fuq l-vapuri il-ġimgħa li għaddiet.

 

More in Kronaka