[AĠĠORNATA B'FILMAT U RITRATTI] Il-massakru f'Pariġi
Attakk bi sparaturi fuq rivista satirika Franċiża, f'Pariġi
More in Kronaka
Attakk bi sparaturi fuq rivista satirika Franċiża, f'Pariġi
Aġġornata
[IL-FILMAT HUWA WIEĦED GRAFIKU] Fil-filmat li ġie miġbud minn bini fil-qrib, jidhru qed jisparaw u joqtlu pulizija ferut u jaħarbu bil-karozza.
Fost it-tnax-il vittma ta' dan l-attakk, hemm żewġ pulizija, karikaturisti u l-editur tar-rivista. (Ritratt)
Wieħed mill-pulizija li nqatlu f'dan l-attakk, kien ta' dixxendenza Għarbija.
Fi stqarrija ta' persuna preżenti fil-waqt tal-aggrezzjoni, tirrakonta x'ġara biex daħlu l-agressuri. Jidher li hekk kif Corinne Rey marret fil-bini biex tiġbor lit-tifla tagħha, ġew fuqha żewgt irġiel mgħammda u armati fejn heddewha brutalment. "Riedu jidħlu biex jilitgħu fuq. Daħħaltilhom il-kodiċi tal-bieb. Sparaw lil Wolinski, Cabu...damet 5 minuti...dħalt nistkenn taħt skrivanija." Rey temmet tgħid li kienu jitkellmu bi Franċiż perfett u qalu li huma kienu tal-grupp Al-Qaida.
Id-dinja kollha tinsab f'solidarjetà mal-vittmi ta' din l-aggressjoni, b'bosta kapijiet ta' stat jesprimu d-dispjaċir tagħhom għal dak li ġara filwaqt li jikkundannaw dan l-att brutali. Fost dawn kien hemm l-istqarrija ta' Martin Shulz li għan-nom tal-Parlament Ewropew, bagħat il-kondoljanzi tiegħu lill-familji u l-ħbieb tal-vittmi f'dan l-att terroristiku.
"Ninsabu profondament ixxukjati b'dan l-att u nikkundannaw din il-vjolenza," kompla jgħid Shulz. Kompla jsostni kemm valuri bħal-libertà tal-istampa u tal-espressjoni huma għal qalb l-Ewropej u ma nistgħu qatt nabbandunawhom. "Hu x'inhu t-twemmin reliġjuż, jeħtieġ li ningħaqdu quddiem attakki vjolenti bħal dawn biex niddefendu dawn il-valuri li huma għal qalbna," temm Shulz.
Is-Segretarju tal-Istat Amerikan, John Kerry wkoll esprima d-dispjaċir tiegħu għal dan l-attakk fi stqarrija għall-istampa, waqt li tenna li bħala stat Amerikan jinsabu magħqudin magħhom b'solidarjetà f'din il-ġlieda kontra l-estremiżmu u biex jippriservaw il-libertà. Kerry temm jgħid li waqt li t-terroristi kellhom l-armi, il-vittmi kellhom arma akbar, "Mhux sempliċiment pinna, imma pinna li tirrapreżenta strument ta' libertà u mhux ta' biża'"
_____________________________________________
Kienu erbgħa l-aggressuri involuti, bi tlieta minnhom jaħarbu minn fuq il-post waqt li l-ieħor kien qed jistenniehom f'karozza li ħarbu biha lejn il-Lvant ta' Pariġi fejn abbandunaw il-karozza u komplew jaħarbu b'karozza oħra.
Il-Pulizija Franċiża tikkonferma li 12 inqatlu u ħamsa jinsabu fil-periklu tal-mewt: għaxar ġurnalisti u żewġ uffiċjali tal-pulizija.
Irġiel armati għadhom kif daħlu fl-uffiċini tar-rivista satirika Franċiża Charlie Hebdo u qatlu tnax-il persuna.
Persuni li kienu fuq il-post qalu li l-persuni li attakkaw l-uffiċċini daħlu b'rifles u attakaw lil dawk li sabu quddiemhom, fejn iddeskrivew ix-xena bħala 'massakru'.
Din ir-rivista kienet qajmet diversi kontroversji fil-passat minħabba l-mod tagħha kif tħares lejn l-aħbarijiet u l-ġrajjiet kurrenti.
L-aħħar tweet li tefgħet din ir-rivista kien juri cartoon tal-mexxej tal-Istat Islamiku Abu Bakr al-Baghdadi.
Persuna li kien viċin tal-post qal "Rajna żewġ persuni lebsin hoodie sewda b'Kalashnikovs. Ftit minuti wara smajna numru ta' sparaturi fil-bini."
L-irġiel imbagħad dehru jaħarbu minn fuq il-post.
Il-Gvern Franċiż għadu kif għolla l-livell ta' sigurtà fil-pajjiż għall-ogħla livell possibli minħabba dan il-każ.
Fuq ix-xena, mar il-President Franċiż Francois Hollande fejn tkellem mal-mezzi tax-xandir u qal li se jiġi mlaqqa' b'urġenza l-Parlament biex jiddiskuti dan l-attakk.