Magħrufa l-qattelin ta' Pariġi... żewġt aħwa u żagħżugħ ta' 18-il sena

Il-pulziija maqtul mit-terroristi kien Franċiż ta' nisel Għarbi u wieħed mill-ġurnalisti kien Għarbi jistenna ċittadinanza Franċiża

Said Kouachi ta' 34 sena wieħed mis-suspettati tal-massakru
Said Kouachi ta' 34 sena wieħed mis-suspettati tal-massakru

Il-President Franċiż Francois Hollande ħabbar li għada se tkun jum ta' luttu ma' Franza kollha meta aktar minn 35,000 persuna nġabru f'Pariġi wara dan il-massakru.

L-awtoritajiet Franiċiżi qed ifittxu żewġt aħwa minn pariġi u żagħżugħ minn Reims bħala l-qattiela fl-attakk ta' Charlie Hebdo. Hu rrappurtat li it-tliet suspettati huma Said Kouachi ta' 34 sena, Cherif Kouachi ta' 32 sena u Hamyd Mourad ta' 18-il sena.

Sadattant 100,000 persuna nġabru fit-toroq bħala wirja ta' solidarjeta fejn eluf ta' Franċiżi qed iġorru banners li fihom miktub 'Je Suis Charlie'  'Jiena Charlie' bħala sfida għat-terroristi.

Wieħed mill-ġurnalisti kien Tork Musulmani jistenna ċittadinanza Franċiża, Moustafa Ourad

Il-pulizija maqtul brutalment mit-terroristi ġie wkoll identifikat bħala Musulman ta' 42 sena Ahmed Merabet.

 

More in Kronaka