Waħda mill-pulizija, li kienet mara, għadha kif mietet kawża tal-feriti li sofriet mill-isparaturi ftit tal-ħin ilu f'Pariġi.
Raġel liebes ġakketta bullet proof spara b'rifle awtomatika fuq żewġ pulizija fejn fera wieħed minnhom serjament. Il-pulizija kienu msejħa jmorru jaraw x'ġara f'aċċident tat-traffiku meta ġara dan l-att. Skont rapporti wara l-isparatura dehru żewġ uffiċjali tal-pulizija minxurin mal-art. Ma jidhirx li dan l-attakk għandu x'jaqsam mal-attakk ta' Charlie Hebdo fejn inqatlu 12-il persuna. Dan l-attakk seħħ f'Porte de Chatilon fin-naħa t'isfel ta' Pariġi.
L-uffiċjali ssejħu fuq xena ta' inċident tat-traffiku li ġara fis-7.15 ta' dalgħodu fejn kienu involuti Renault Clio griża. Le Parisien irrappurtat li wieħed minn dawk li spara ħarab jiġri lejn il-metro ta' Chatillon-Montrouge. L-ieħor ħarab bil-karozza. L-AFP qed jirrappurtaw li wieħed mis-suspettati ġie arrestat.