Fi Franza, mat-tokki ta' nofsinhar, kien hemm minuta silenzju biex tfakkar it-tnax-il persuna li mietu lbieraħ fil-massakru fuq il-bini ta' Charlie Hebdo f'Pariġi.
Tard ilbieraħ wieħed mis-suspettati, Mourad Hamyd, ta' 18-il sena ta lilu nnifsu lill-pulizija. Hu qal li ddeċieda li jarrendi wara li sema' ismu fuq l-aħbarijiet b'konnessjoni mal-attakk.
Issa l-Pulizija Franċiża għadha qed tfittex iż-żewġt aħwa, Said u Cherif Kouachi, u qed jiġu kkunsidrati bħala perikolużi u armati. Hawn taħt hawn ritratt tas-suspettati.