Joħroġ mill-isptar il-ġuvni li kien f'qagħda kritika fl-inċident tal-ewwel tas-sena

Miguel Camilleri għadu kif ħareġ mill-isptar

Miguel fin-nofs tar-ritratt. Matt, li miet fl-inċident, fin-naħa tal-lemin tar-ritratt.
Miguel fin-nofs tar-ritratt. Matt, li miet fl-inċident, fin-naħa tal-lemin tar-ritratt.
Il-karozza li kienet involuta fl-inċident
Il-karozza li kienet involuta fl-inċident

Miguel Camilleri, il-ġuvni ta' 22 sena li kien wieħed mill-ħames passiġġieri fil-karozza li nhar l-ewwel tas-sena ħabtet f'arblu fin-Nadur, għadu kif ħareġ mill-isptar u qal li t-triq għal fejqan tibda minn issa.

F'kumment li kiteb fuq Facebook ftit tal-minuti ilu, Miguel irringrazzja lill-infermiera u l-ħaddiema kollha tal-Isptar Ġenerali t'Għawdex u anke ta' Mater Dei. Qal li għalkemm kultant immaqdru lil pajjiżna, fejn tidħol is-saħħa għandna servizz tal-aqwa kwalità.

Hawn taħt tista' tara dak li kiteb Miguel fuq Facebook.

 

Il-messaġġ li kiteb Miguel fuq Facebook
Il-messaġġ li kiteb Miguel fuq Facebook

Intant, il-funeral tal-ġuvni l-ieħor, Matt Meilak ta' 22 sena, sar ilbieraħ waranofsinhar fil-knisja tal-Ibraġġ.

More in Kronaka