Straġi oħra fin-Niġerja fejn il-Boko Haram għadhom kif splodew bomba fuq karozza tal-linja fejn hemm mejtin 40 persuna. L-integralisti tal-Boko Haram ilbieraħ għamlu attakk ieħor kontra l-belt ta' Baqa fin-naħa tat-tramuntana tan-Niġerja li diġà kienet divastata nhar il-Ħadd li għadda. Skont rapporti it-toroq huma mimlija katavri fejn hu maħsub li hemm madwar 2,000 persuna maqtula skont il-BBC li qalet li ġabet ir-rapport minn uffiċjal militari.
Il-belt ġiet meqruda għal kollox bid-djar kollha fjamma waħda. Il-belt ta' Baga li kellha popolazzjoni ta' 10,000 persuna llum m'għadhiex teżisti. Dawk li rnexxielhom jaħarbu ma kinux fi stat li jidfnu l-mejtin u l-katavri tħallew fit-toroq. Il-Boko Haram ħatfu sittax-il villaġġ fil-viċinanzi li m'għadhomx jeżistu.