Il-Ministeru tad-Difiża Franċiż għadu kif ħabbar li se jkun qed iqassam 10,000 truppa ta' suldati sabiex isaħħaħ is-sigurtà fil-pajjiż kollu. Se jkun qed jibgħat eluf ta' pulizija biex jipproteġu skejjel Lhud.
Il-Ministru tad-Difiża Jean-Yves Le Drian qal li t-truppi se jkunu stazzjonati minn nhar it-Tlieta fl-iktar żoni sensittivi. Dan intqal wara li l-kabinett Franċiż kellu laqgħa fuq is-sigurtà tal-pajjiż wara dak kollu li ġara l-ġimgħa l-oħra.