[AĠĠORNAT BIR-RITRATTI] Ramier Mader ta' 42 sena kien ħabib ta' Malta

kien jiġi Malta regolarment u kellu ħafna ħbieb fil-car u aeroplane modelling

Raġel ta' nazzjonalità Ġermaniża, Ramier Mader, ta' 42 sena, kien involut f'hit and run f'Tas-Sliema, maġenb il-Fortizza u tilef ħajtu mad-daqqa.

Il-Ġermaniż wasal ilbieraħ u kellu jitlaq fl-24 ta' Jannar. Dan kien residenti fil-lukanda Preluna, u kien iżur il-pajjiż kemm-il darba, infatti kien klijent regolari ta' din il-lukanda.

Il-Pulizija waqfet lil Mario Gatt, ta' 36 sena miż-Żurrieq, viċin Surfside, f'Tas-Sliema stess, fejn irriżulta li kien il-persuna li tajjar lill-vittma u arrestatu. Gatt kien qed isuq Volkswagen Golf sewda.

Il-Pulizija wara li għamlu tfittxija fil-karozza tal-allegat, sabu xi sustanzi suspettużi, li jista' jkun li huma kannabis.

Bil-każ ġie nfurmat il-Maġistrat tal-Għassa, Neville Camilleri, fejn ħatar diversi esperti biex jassistu f’inkjesta maġisterjali. L-Ispettur Jason Sultana flimkien mas-surġenti David Sant u Sandro Mangion mill-Għassa ta' Tas-Sliema qed jinvestigaw dan l-inċident fatali.

Dan huwa t-tieni inċident tat-traffiku fatali għall-2015, fit-tnax-il jum tas-sena. Dan wara li fl-ewwel tas-sena kellna l-inċident fatali ta' Matt Meilak, ġuvni ta' 22 sena f'Għawdex.

More in Kronaka