Qed jidher li l-moħħ wara l-attakki ta' bħal-lum ġimgħa fuq il-bini tar-rivista satirika Franċiża Charlie Hebdo, kienu l-Al Qaeda.
Il-kmandant tal-AQAP (Al Qaeda in the Arabian Peninsula) Nasr Ibn Ali al-Ansi ħabbar din l-aħbar f'filmat b'ritratt tal-aħwa Kouachi, responsabbli mill-massakru ta' bħal-lum ġimgħa, fl-isfond tal-filmat.
"Meta l-eroj ġew imqabbda, huma aċċettaw. Wiegħdu u rnexxilhom" qal al-Ansi.
Hu faħħar l-attakk, qal li kienet vendetta għall-karikaturi tal-Profeta Mohammed.
Skont il-filmat, Anwar al-Awlaki, ħejja l-pjan qabel il-mewt tiegħu fl-2011. Jekk dan hu minnu, dan ifisser li l-attakk kienu ilu tliet snin jinħema. Dan qed tirrappurtah ukoll is-CNN.
Al-Ansi tefa' l-ħtija mhux biss fuq Charliet Hebdo, imma anke fuq Franza u l-Istati Uniti.