Dalgħodu, waqt li ħabsi kien qiegħed fil-Qroti sabiex jattendi smiegħ ta' kawża, il-Pulizija nnutat attitudni suspettuża bejn il-ħabsi u mara ta' 57 sena li tgħix San Pawl il-Baħar. Saret tfittxija fuq iż-żewġ persuni u l-ħabsi nstab f'pussess ta' sustanza suspettuża li hi illegali.
Xejn ma nstab fuq il-mara.
Il-Maġistrat tal-Għassa Dr. M Farrugia kien infurmat bil-każ u ħatar inkjesta. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.