Il-Belġju b'alert massimu kontra attakki terroristiċi

Il-Pulizija Belġjana qatlet żewġt irġiel fi tfittxija għal persuni kompliċi f'xi attakki terroristiċi

Membri tal-forensika jinvestigaw ix-xena
Membri tal-forensika jinvestigaw ix-xena

Il-Pulizija Belġjana qatlet żewġt irġiel li fetħu n-nar fuqhom waqt waħda mit-tfittxijiet li saru l-Ħamis għal gruppi Iżlamisti li ntqal li kienu qed jippjanaw "attakki terroristiċi fuq skala kbira."

Wara biss ġimgħa minn meta seħħew l-inċidenti fi Franza li ħallew 17-il ruħ mejta, dan qed jikkawża biża' kbir fl-Ewropa kollha. Il-Belġju madankollu ilha għaddejja b'sigurtà stretta sa minn qabel il-każ ta' Charlie Hebdo fis-7 ta' Jannar. Qed jingħad li ma jidher li hemm l-ebda rabta bejn dawn il-każi.

Raġel ieħor kien misjub fil-Lvant tal-Belt ta' Verviers, fejn pulizija sfaw fil-mira ta' sparaturi wara li pruvaw jidħlu f'appartament fuq furnar fil-belt.

It-tlieta li huma kienu ċittadini tal-Belġju, li għandha l-ikbar konċentrazzjoni ta' Ewropej Iżlamisti jiġġieldu fis-Sirja.

More in Kronaka