Żewġ tfajliet li kienu meħudin bħala ostaġġi fis-Sirja iktar minn ħames xhir ilu nħelsu.
Greta Ramelli ta' 20 sena u Vanessa Marzullo ta' 21 sena, kienu milqugħin mill-Ministru tal-Affarijiet Barranin malli waslu fl-ajruport ta' Ruma iktar kmieni llum.
Iż-żewġ tfajliet waslu mit-Turkija u ntlaqgħu mill-Ministru Paola Gentiloni.
It-tfajliet ittieħdu mill-ewwel l-isptar biex jiġu ċċekkjati qabel ma kellhom laqgħa ma' prosekuturi anti-terroristiċi li fetħu investigazzjoni fuq il-ħtif tagħhom.
S'issa għad m'hemmx dettalji dwar kif u għala dawn inħelsu.
Iż-żewġ tfajliet kienu qed jaħdmu fuq proġetti umanitarji għall-grupp Horryaty meta kienu maħtufa f'Lulju 2014, fil-provinċja tat-Tramuntana ta' Aleppo.