Aġġornament
Il-Pulizija qalet fi stqarrija li Frans Attard miet is-Sibt.
Frans Attard, anzjan ta’ 71 sena minn Ħal Luqa, kien ilu jumejn ma jidher tant li xi ġirien u familjari spiċċaw għamlu rapport lil Pulizija li minn naħa tagħhom marru fid-dar tal-anzjan u ppruvaw jidħlu fir-residenza wara li kienu anke nnutati xi rwejjaħ.
Jidher li l-Pulizija kellha problema sabiex tidħol fid-dar tal-anzjan tant li kellha anke tissejjaħ l-għajnuna tal-protezzjoni ċivili wara li kien innutat li kien hemm ħafna mbarazz fid-daħla tad-dar u kif ukoll numru ta’ ġrieden.
L-anzjan instab ħaj wara sagħtejn ta’ ħidma konġunta bejn il-Pulizija u l-Protezzjoni Ċivili u ttieħed l-isptar immedjatament għall-kura.
Intant l-invetigazzjonijiet tal-Pulizija qed jitmexxew mill-ispettur Spiridione Zammit u s-surġent Saviour Camilleri mill-għassa ta' Ħal Luqa.
Sadanittant il-Pulizija kkonfermaw fi stqarrija li l-anzjan instab mitluf minn sensieh fis-sular ta’ fuq. Peress li kien diffiċli ħafna biex jitniżżel isfel, il-membrit tal-Protezzjoni Ċivili flimkien mal-Pulizija kellhom jisgumbraw it-taraġ li kien mimli imbarazz.
Il-Pulizija qalu li Frans Attard jinsab fil-periklu tal-mewt.