L-ISIS jeħilsu mijiet ta' tfal u anzjani mill-Iraq

Militanti tal-ISIS jeħilsu mijiet ta' Yazidis fl-Iraq

Anzjani u tfal minn minorità fl-Iraq jinħelsu wara sitt xhur miżmuma
Anzjani u tfal minn minorità fl-Iraq jinħelsu wara sitt xhur miżmuma

Militanti Islamisti ħelsu madwar 250 Yadizi li kienu ilhom miżmuma għal sitt xhur fl-Iraq.

Il-maġġoranza ta' dawk li nħelsu kienu tfal u anzjani, qal Saman Jabari, il-mexxej tal-Partit Demokratiku Kurdistan.

Meta dawn inħelsu, imxew lejn Peshmerga, fil-Lbiċ tal-belt ta' Kirkuk, skont Jabari.

Issa qegħdin taħt il-ħarsien tal-awtoritajiet Kurdi.

Il-Yadizi huma minorità ċkejkna ħafna fl-Iraq. Huma ta' dixxendenza Kurda, u r-reliġjon tagħhom hi kkunsidrata bħala setta pre-Iżlamika, li huwa influwenzati mill-Kristjaneżmu, Ġudaiżmu u Zoroastrianiżmu.

Din il-komunità hija waħda mill-eqdem komunitajiet reliġjużi fid-dinja, u minn dejjem kienu jbatu minn perseguzzjoni. Ħafna Musulmani jirreferu għalihom bħala dawk li jaduraw ix-xitan.

Il-grupp Militanti tal-ISIS, li jsejjaħ lilu nnifsu l-Istat Iżlamiku, daħlu fit-Tramuntana tal-Iraq is-sena l-oħra u sfurzaw mijiet ta' eluf ta' minoritajiet biex joħorġu minn djarhom.

Hu stmat li madwar 500,000 Yazidi jgħixu fit-Tramuntana tal-Iraq, li jgħoddu għal inqas minn 1% tal-popolazzjoni tal-pajjiż.

More in Kronaka