Disa' persuni ġew feruti, 5 minnhom gravi, minn Palestinjan li tela' fuq tal-linja f'Iżrael u beda jagħti bl-addoċċ b'sikkina lil kulmin sab quddiemu. Meta pprova jaħrab il-pulizija Iżraelita sparawlu għal saqajh, ferewh u arrestawh.
Skont l-ewwel informazzjoni li ħarġet ħamsa minnhom ġew feruti gravi filwaqt li erba' mill-vittmi kienu feruti ħafif.
L-aggressur hu minn Tulkam fiċ-Cisgiordania u ġie definit mill-Hamas bħala attakk erojku u kuraġġuż skont il-mezzi tax-xandir ta' Iżrael.