Ħasbu li kien hemm il-ħallelin... kien bieb jistabat bir-riħ

Issejħu immedjatament il-Pulizija tal-RIU iżda rriżulta li ma kien hemm xejn

Waħda mill-karozzi tal-RIU quddiem l-istabbiliment. Ritratt John Pisani
Waħda mill-karozzi tal-RIU quddiem l-istabbiliment. Ritratt John Pisani

Diversi units mill-Iskwadra tal-Pulizija tar-Rapid Intervention Unit irrispondew fi ftit minuti fuq rapport li fi stabbiliment fil-Wied tal-Imsida f’Birkirkara kien hemm ħallelin qiegħdin iwettqu serqa. B’xorti tajba rriżulta fin-negattiv.

Aktar kmieni llum, għall-ħabta tad-9.30 a.m., impjegati tal-istabbiliment Merola Hotels and Homes kif daħlu fil-post semgħu ħsejjes ġejjin minn ġewwa meta dak il-ħin suppost ma kien hemm ħadd.

Għaldaqstant intalbet l-assistenza tal-Pulizija fejn fuq il-post marru dawk tal-RIU. Il-Pulizija daru l-istebbiliment kollu u ma sabu lil ħadd. X’aktarx li l-ħsejjes li l-impjegati semgħu kien minn bieb li beda jinstabat bir-riħ.

 

More in Kronaka