Evakwazzjoni fiċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Furjana wara theddida ta’ bomba

It-tfittxija fil-post għadha għaddejja

Iċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Furjana spiċċa evakwat wara theddida ta’ bomba. Jidher li t-telefonata anonima daħlet għand membru tal-istaff li jaħdem fl-istess ċentru li mal-ewwel infurmaw lill-awtoritajiet li minn naħa tagħhom waslu fuq il-post u fi ftit ħin u evakwaw lill-pazjenti kif ukoll il-ħaddiema mediċi li jaħdem fil-post.

Numru ta’ Pulizija bħalissa jinsabu fuq il-post flimkien ma’ membri mit-taqsima tal-Explosive Ordnance Disposal.

It-tfittxija fil-post għadha għaddejja.

More in Kronaka