MaltaToday ħarġet aħbar dwar Michael Camilo Precht, ir-raġel li ngħata sentenza sospiża talli bagħbas nisa meta għamilha ta' tabib ta' aġenzija tal-immudellar, jista' jkun li minn taħt idejh għaddew mal-200 tfajla u tifla l-iżgħar fosthom ta' 12-il sena.
Il-mezzi tax-xandir Daniżi rrappurtaw li dan kien involut f'aktar minn 25 każ ta' tneżżiegħ ta' ħwejjeġ fuq tfajliet (anke taħt l-età) fid-Danimarka biss fejn hu jgħid li hu tabib, terapista, għalliem u aġent tal-immudellar.
Hu fil-fatt ġie mlaqqam “stethoscope-man”, fid-Danimarka.
Kien missier waħda mill-vittmi li appella lill-ġurnal Daniż biex toħroġ aktar informazzjoni dwaru. Precht fil-fatt kien student tal-mediċina li kien imkeċċi sew mid-Danimarka kif ukoll min-Norveġja. "Ħadd donnu ma jista' jżommu, kulma tridu tagħmlu hu li tinfurmaw lill-poplu li jinsab viċin" qal missier il-vittma. Dan il-missier fil-fatt bagħat numru ta' artikli mill-mezzi tax-xandir Daniżi lil MaltaToday li ppubblikat l-istorja kollha fuq il-gazzetta tagħha fejn hu stmat li l-vittmi tiegħu jlaħħqu mal-200. Precht ifittex tfajliet minn 12-il sena 'l fuq.