[RITRATTI GRAFIĊI] Tfajla Eġizzjana maqtula mill-pulizija waqt li kienet qed tipprotesta

Ritratti ta’ Shaima al-Sabbagh ta’ 34 sena fil-mumenti li qed tmut fi ħdan ħabib tagħha

Shaima al-Sabbagh omm ta’ 34 sena kienet qed timmarċja fil-Kajr waqt marċ ta’ protesta meta ġiet milquta b’balla f’rasha sparata mill-pulizija

F’ritratti kemxejn grafiċi iżda li jwasslu messaġġ mill-aktar qawwi wieħed jista' jara l-aħħar mumenti ta’ din il-mara qabel mietet mill-feriti li ġarrbet waqt li kienet qed tipprotesta favur il-libertà.

Fil-fatt Shaimaa el-Sabagh kienet waqt dimostrazzjoni rari fl-Eġittu li jfakkar meta l-Eġizzjani qamu kontra Hosni Mubarak fl-2011.

L-omm ta’ tifel ta’ ħames snin ġiet maqtula minn sparaturi f’rasha u fuq ġisimha waqt li kienet qed timmarċja paċefikament biex tpoġġi kuruna tal-fjuri lejlet l-aniversarju ta’ dawk li mietu jiġġieldu għal-libertà.

Hi kienet membru tas-Soċjalisti Popolari u kellha tabella f’idejha li tgħid “ĦOBŻ, LIBERTÀ U ĠUSTIZZJA SOĊJALI”

Instema' uffiċjal liebes maskra sewda jgħajjat “Shoot Shoot” u nstemgħu diversi sparaturi, u din il-mara waqgħet mal-art fejn ipprova jgħinha attivist ħabib tagħha li hu avukat Sayyed Abu el-ELA.

Illum mijiet kbar marru Alexandra għall-funeral tagħha fejn żgħażagħ instemgħu jgħidu, “Marret biex tpoġġi fjuri għal martri ta’ Tahrir u llum qed npoġġu l-fjuri lilha wara li ġiet maqtula mill-pulizija."

Kelliema mill-Ministeru tal-Intern qalu li sparaw biss gass tad-dmugħ wara li l-folla bdiet tispara diversi bombi artfiċjali u tan-nar. Il-pulizija qed tgħid li kienu infiltraturi Iżlamiċi li sparawlha u mhux il-pulizija.

More in Kronaka