Jintemm l-attakk terroristiku fuq il-Corinthia ta' Tripli

Il-ħaddiema u t-turisti ġew evakwati

Il-ħaddiema u t-turisti ġew evakwati
Il-ħaddiema u t-turisti ġew evakwati
Il-Prim Ministru jikkummenta fuq is-sitwazzjoni
Il-Prim Ministru jikkummenta fuq is-sitwazzjoni
Simon BUsuttil jikkumenta fuq il-każ tal-Corinthia
Simon BUsuttil jikkumenta fuq il-każ tal-Corinthia

Rapport mil-Libja jgħidu li l-forzi tal-Gvern Libjan irnexxielhom jidħlu fil-Corinthia Bab Africa u rnexxielhom joqtlu lit-terroristi.

Il-Prim Ministru Joseph Muscat, fi tweet qal li l-gvern kienet avżat li l-attakk intemm. Hu qal li se jitkellem dwar dan l-attakk fil-Parlament ta' għada.

AĠĠORNAT
L-Istat Iżlamiku ħa responsabbilta’ wara li dalgħodu żewġ terroristi rnexxielhom jidħlu fil-lukanda Corinthia ta’ Tripli, il-Libja. Jidher li dan l-attakk sar bi tpattija għall-qtil ta’ Abd al-Muhsin Al-Libi, magħruf ukoll bħala Ibrahim Tantoush, li allegatament kien mexxej tal-Al-Qaeda, u li kien jifforma parti mil-Libyan Islamic Fighting Group.

AKTAR KMIENI

L-attakk terroristiku li seħħ fil-lukanda Corinthia ta' Tripli dalghodu seħħ għall-ħabta tad-09.00 wara li karozza bomba splodiet fil-parkeġġ tal-istess lukanda.

Hu mifhum li f'dan l-inċident inqatlet persuna ta' nazzjonalità Libjana, filwaqt li xi tliet persuni oħra jinsabu midruba. Rapporti jgħidu li bħalissa hemm tal-inqas żewġ terroristi li jinsabu f'wieħed mis-sulari tal-lukanda.

Intant il-Gvern permezz tal-Ministeru tal-Affarijiet Barranin qal li qiegħed isegwi s-sitwazzjoni fil-lukanda Corinthia filwaqt li fakkar mill-ġdid li vjaġġar lejn il-Libja mhux sigur minħabba s-sitwazzjoni fil-pajjiż.

 

More in Kronaka