(FILMAT) It-tieni ostaġġ Ġappuniż jgħid li baqgħalu biss 24 siegħa ħajja

U l-pilota Ġordanjan baqgħalu inqas jekk il-priġuniera Sajida al-Rishawi ma tinħelisx

L-ISIS għamlu talba differenti biex jeħilsu lill-ġurnalist Ġappuniż ta' 47 sena Kenji Goto. L-ISIS qed jitolbu l-ħelsien ta' Sajida al-Rishawi, terrorista mara arrestata fil-Ġordan fl-2005 fuq suspett li ppruvat tieħu sehem f'attakk li terroristi oħra kienu qatlu għexieren f'lukandi fil-Ġordan.

Illum għadu kif ħareġ filmat b'leħen tal-ġappuniż jitlob lil gvern  tiegħu biex jagħmel pressjoni fuq il-gvern tal-Ġordan ħalli tinħeles l-priġuniera terrorista Sajida li ilha priġuniera għaxar snin. Hu qed jgħid li jekk din ma tinħelisx sa 24 siegħa oħra hu jiġi maqtul u l-pilota mill-Ġordan jinqatel qabel.

L-ISIS qed jgħidu li l-ballun qiegħed f'saqajn il-gvern tal-Ġordan jekk dawn it-tnejn jinħelsux jew jinqatlux.

More in Kronaka