[AĠĠORNAT] L-ISIS taw ultimatum sa nżul ix-xemx qabel jinqatel l-pilota
L-Al Jazeera kienu żbaljati meta ħarġu bl-aħbar li l-Ġappuniż u l-pilota Ġordanjan ġew meħlusa
More in Kronaka
L-Al Jazeera kienu żbaljati meta ħarġu bl-aħbar li l-Ġappuniż u l-pilota Ġordanjan ġew meħlusa
Messaġġ ieħor mill-ISIS li nqara mill-ġurnalist Ġappuniż, Kenji Goto Jogo qal li l-Ġordan iridu jagħtu lura lit-terrorista Sajida al-Rishawi mal-fruntiera tat-Turkija sa nżul ix-xemx illejla nkella l-pilota jiġi maqtul.
Il-ġenituri tal-pilota ġew assigurati li l-ħelsien tiegħu qed jiġi negozjat u kollox miexi b'mod pożittiv. Il-Ministru Ġordanjan fuq it-televiżjoni qal li huma lesti jeħilsu lis-suicide bomber Sajida biex isalvaw il-ħajja tal-pilota Ġordanjan. Dan suppost għandu jiġri meta l-gvern tal-Ġordan ikun ċert li l-pilota jinsab qawwi u sħiħ.
L-ISIS qed jheddu li sew Kenji Goto kif ukoll Lieutenant Muath al Kasaesbeh jinqatlu jekk il-mara ma tinħelisx.
aktar qabel:
L-ISIS ħelsu lil ġurnalista Ġappuniż ta' 47 sena Kenji Joto u anke lil pilota Ġordanjan wara li l-Ġappun ftehmu mal-gvern Ġordanjan biex tinħeles dik li kienet il-ħabs bħala terrorista Sajida-al Rashawi li kienet ġiet kundannata għal mewt mill-Ġordan. Din l-aħbar ħarġet minn Al jazeera li qalu li għandhom komunikat mill-ISIS.
Sadattant hemm festeġġjamenti sħaħ fil-Ġordan f'Karak il-villaġġ minfejn hu Muadh Kassasbe li diġa semgħu li ġie liberat. Iżda Amman issa ħarġu jiċħdu din l-aħbar tal-Al jazeera.
Il-Ministru tal-affarijiet barranin tal-Ġordan, nasser Judeh qal li t-terrorista Iraqqina għadha ma nħelsitx u telqet mill-pajjiż. "Dan għadna m'agħmilnihx għax qed nitolbu rpova dwar is-saħħa tal-pilota mill-ISIS u dawn għadhom ma weġbuniex." Huma komplew jgħidu li lesti jeħilsu lit-terrorista Iraqqina iżda meta jkunu jafu li l-pilota hu qawwi u b'saħħtu. Sadattant missier u l-mara tal-pilota ġew mistiedna jmorru l-palazz Rjali ta' Amman.