It-toqob f’ras l-Imnieħru kienu saru waqt intervent kiruġiku

Kienu saru minħabba proċeduri mediċi

Mario Camilleri u ibnu li jġib l-istess isem
Mario Camilleri u ibnu li jġib l-istess isem

It-toqob li kien hemm fil-kranju tar-ras ta' Mario Camilleri l-Imnieħru kienu saru minħabba proċeduri mediċi - dan ħareġ dalgħodu fix-xhieda li taw  l- esperti tal-Qorti, it-tabib forensiku Dr Mario Scerri u l-kirurgu Anthony Zrinzo meta kienu qed jixdhu quddiem il-Maġistrat Tonio Micallef Trigona meta llum kompliet tinstema' l-kumpilazzjoni fil-konfront ta' Jason Galea ta' 39 sena u George Galea ta' 41 sena minn San Ġiljan.

Fix-xhieda tagħhom it-tobba qalu li t-toqob li kien hemm fil-kranju tar-ras ta' Mario Camilleri l-missier saru żmien qabel huwa miet u kienu saru minħabba proċeduri mediċi.

Mario Camilleri u ibnu li jġib l-istess isem, kienu nstabu midfunin f'għalqa fil-Qajjenza f'Lulju tal-2013. Magħhom kien instab ukoll il-kadavru ta' Matthew Zahra, li kien  għeb f'Awwissu tas-sena ta’ qabel.

Fuq il-kadavru ta' Mario Camilleri kienu saru żewġ awtopsji separati li t-tnejn ikkonkludew li l-kawż tal-mewt kienet attakk tal-qalb.
 

More in Kronaka