Il-Ġappun qal li n-negozjati mal-grupp tal-istat Iżlamiku li qed jhedded li joqtol lil ġurnalist Ġappuniż u lil pilota Ġordanjan huma wieqfa għal kollox.
Id-deputat Ministru tal-affarijiet barranin Yasuhide Nakayama, li qed imexxi dawn in-negozjati f'Amman il-Ġordan qal lil ġurnalisti tar il-bieraħ filgħaxija li ma kien hemm l-ebda progress li tista tassigura l-ħajjiet tal-Ġappuniż Kenji Goto u l-Ġordanjan Maaz al-Kassasbeh.
Minn meta l-Ġordan talbu prova li l-pilota u qawwi u sħiħ l-ISIS qatt iżjed ma kkuntattjaw lil gvernijiet rispettivi u ħallew lil kulħadd fid-dlam. L-ISIS kienu taw ultimatum li joqtlu lil pilota jekk ma tinħelisx Sajida al-Rishawi li inqatgħetilha għal mewt meta nstabet ħatja ta' attentat ta' terroriżmu. Il=Ġordan kienu lesti li jeħilsuha meta jkunu jafu li l-pilota tagħhom jinsab qawwi u sħiħ.
Sadattant il-Ġordan mhux qed jieħdu sehem fl-attakki mill-ajru fuq stazzjonijiet tal-ISIS mill-Amerikani huma ssospendew l-preżenza tagħhom f'dawn l-attakki.