Għal ġimgħatejn li ġejjin, Charlie Hebdo mhux se jiġi stampat u mibjugħ. Dan qaluh l-edituri li hemm bħalissa fejn qalu li jħossuhom għajjiena u stressjati wara l-istraġi tas-7 ta' Jannar meta inqatlu 8 mill-kollegi tagħhom.
It-team ta' Charlie spjega lil midja Franċiża li qed isibuha diffiċli li jirritornaw għax-xogħol u għalhekk se jieħdu pawsa. Meta mistoqsijin meta se jirritorna għal bejgħ, huma qalu li m'għandhomx data fissa iżda li hu żgur li mhux qabel xi ftit ġimgħat oħra.