Kmieni matul il-ġurnata instabu żewġ apparati splussivi fl-ajruport internazzjonali tal-Kajr fl-Eġittu waqt li splodiet bomba fiċ-ċentru tal-belt, li però ma ħalliet l-ebda vittma.
Uffiċjali fil-Kajr qalu li nstabu xi bombi fil-parti tal-wasliet tal-ajruport internazzjonali li minnu jtiru t-titjiriet tal-EgyptAir. Minkejja dan kollu, it-titjiriet fl-istess ajruport ma ġewx affetwati. L-uffiċjali tas-Sigurtà kienu qed jaraw il-filmati tas-sigurtà biex jaraw min kien wara dan l-attakk.
Uffiċjali tas-sigurtà fil-ħdan l-ajruport internazzjonali tal-Kajr qalu kif instabu wkoll żewġ ‘sound bombs’ viċin il-parkeġġ tal-istess ajruport. Il-bombi msemmija, kollha ġew diżattivati aktar tard.
Minbarra dawn il-bombi fl-ajruport, kien hemm ukoll diversi rapport ta’ bombi oħra mifruxa mal-belt.