Persuna titressaq 34 darba l-Qorti f'sena minħabba tlajjar u prostituzzjoni f'Malta

B'kollox ħamsin persuna tressqu fl-2014 u 66 fl-2013

Matul is-sena li għaddiet, l-2014, 50 persuna tressqu l-qorti wara li ntlemħu jitlajjaw għal skopijiet ta' prostituzzjoni f'pajjiżna.

Fl-2013, 66 persuna tressqu l-Qorti minħabba l-istess skopijiet. Dawn tressqu l-Qorti 344 darba bejniethom. Il-50 persuna li tressqu l-Qorti fl-2014, telgħu 196 darba bejniethom b'waħda mill-persuni titressaq 34 darba fl-istess sena.

Persuna oħra fl-2013 tressqet ukoll 34 darba l-Qorti minħabba l-istess reati.

Dan ħareġ ilbieraħ f'mistoqsija parlamentari minn Anthony Agius Decelis, imwieġeb minn Carmelo Abela.

Il-pieni mogħtija kienu jinkludu priġunerija, sentenzi sospiżi, probation, libertà kkundizzjonata, multa u ċanfira jew twiddiba.

More in Kronaka