Tfittxija fid-dar ta' Iaquinta f'operazzjoni kontra l-'Ndragheta

Missieru, Giuseppe wieħed mill-117 arrestati għax sabulu żewġ pistoli tal-ex player Juventin f'daru

Aktar kmieni illum, il-pulizija għamlu tfittxija fid-dar tal-player internazzjonali eks Juventus Vincenzo Iaquinta bħala parti mill-operazzjoni biex jinqabdu l-mafja ta' Calabria msejħa l-'Ndragheta fejn din daħlet sew fl-ekonomija tal-Italja ta' Fuq. Missier Iaquinta, Giuseppe ġie arrestat flimkien ma' 117-il membru ieħor ta' din il-Mafja Calabrese. Sadattant anke l-eks player Juventin jinsab taħt investigazzjoni wara li sabulu żewġ pistoli f'safe li kellu għand missieru.

Iaquinta kellu permess għal pistola iżda missieru ma setax iżomm armi d-dar. Għalhekk il-missier u l-iben qed jiffaċċjaw akkużi dwar żamma ta' armi u munizzjon illegali fid-dar u li ma rrapurtax li l-pistoli li kellu d-dar mexxihom għand missieru. 

More in Kronaka